


























In-Nerseri ta’ Qormi FC
Fit-28 ta’ Settembru 1988, twaqqfet uffiċjalment il-‘Qormi Youth Nursery’ minn Karmenu Attard “id-Donċ”. Qabel ma ġie fis-seħħ dan l-avveniment, d-Donċ flimkien ma Frans Schembri iffurmaw tims ta’ l-“Taħt is-16” – “Qormi Young Boys” fejn dawn ipparteċipaw fil-Kampjonati ta’ Ħbiberija u fil-Logħob tal-Ministeru ta’ l-iSports. Iktar tard, ġew iffurmati l-“Taħt l-14” fejn ingħaqdu mal-“Qormi Rockers” meta fl-istaġun 1982/83 rebħu l-ewwel kampjonat tagħhom. Maż-żmien, Mario Axiaq flimkien ma Francis Zammit bdew ilaqqgħu tfal ta’ eta’ iżgħar.
Illum il-ġurnata, n-Nursery tagħna għandha diversi faċilitajiet, fosthom, diversi grawnds u piċċis bit-terf sintetiku, dressingrums, ekwipment tekniku, eċċ.
Ma’ dawn għandna ppjanati proġetti ġodda għal futur, fosthom gymnasium u li jitkabbru d-dressing rooms.
Il-Kumitat, kowċis u ġenituri qegħdin jaħdmu id f’ id biex kull xahar norganizzawlhom diversi attivitajiet u biex lit-tfal tagħna nagħtuhom l-aħjar ambjent u noffrulhom l-aħjar opportunitajiet biex jitilgħu adulti d-dixxiplinati, b’ hekk il-motto tagħna huwa ‘Lejali mit-Tfulija’
Min irid ikun jaf aktar jista’ jidħol fis-sit li hu www.qorminursery.com

Kowċis ta’ Sheffield United fin-Nerseri Qormija
Żewġ kowċis ta’ Sheffield United se jkunu qed imexxu t-trejning tan-nerseri ta’ Qormi FC, bejn it-30 t’Ottubru u l-4 ta’ Novembru. Apparti sessjonijiet ta’ taħriġ għall-membri tan-nerseri, se jkun hemm oħra għal min m’huwiex parti min-nerseri.
Rob Poulter u Marcus Brameld huma kowċis ta’ esperjenza kbira, huma kowċis ewlenin ma’ Sheffield Wednesday.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lin-nerseri fuq bd.secretary@gmail.com jew jidħol fis-sit www.qorminursery.com