Azzopardi kowċ ta’ Qormi
Logħba deċiżiva nhar it-Tlieta
Id-Deċiżiva għal l-Ewropa se tintlagħab nhar it-Tlieta, l-ewwel ta’ Ġunju 2010, fil-Grawnd
Nazzjonali ta’ Ta’ Qali. Din tibda fis-sebgħa u nofs ta’ fl-għaxija. Dan huwa l-aħħar
sforz wara staġun impressjonanti. F’ġieħ il-belt Qormija, l-akbar belt Maltija: Forza
Qormi.
Il-Qriema joħorġu b’rashom ’il fuq
tal-wirja pożittiva li taw. Ta’ min jirringrazzja ukoll lin-nies li telgħu bi ħġarhom,
tal-preżenza inkoraġġanti li taw.
L-ewwel Finali tal-FA Trophy għall-Qormin
L-aħħar preparamenti għaddejjin bħalissa hekk kif il-Qriema se jaffrontaw l-ewwel
finali fl-istorja tal-klabb u l-belt. Il-poplu Qormi, bis-saħħa tal-president u l-kumitat,
il-plejers u l-istaff, u bis-saħħa tal-isponsers, immarkaw isimhom u isem Ħal Qormi
fil-kotba ta’ l-istorja meta għal l-ewwel darba it-tim tal-kbar tela’ fil-finali
tat-tieni l-iktar unur prestiġġjuż fil-futbol Malti. Il-finali hi kontra t-tim qawwi
ta’ Valletta, u għalhekk wieħed għandu jżomm saqajh ma’ l-art u ma jgħoddx il-flieles
qabel ma jfaqqsu. F’każ li tintrebaħ, din il-finali tiftaħ il-bieb tal-futbol Ewropew.
F’każ li ma tintrebaħx, ma jkun ġara xejn għaliex it-tim ikun ġa għamel ħafna, u
wara kollox jinfetaħ id-disajder ma’ Sliema W. Anke f’każ li d-disajder ma jintrebaħx,
it-tim ikun xorta wettaq ħafna, tqis li din hija biss it-tieni sena fl-għola livell.
Madankollu ħadd m’għandu jaqta’ qalbu u għalhekk ilkoll għalenija nissapportjaw Qormi
FC għada l-Ħadd 23 ta’ Mejju fil-Grawnd Nazzjonali fil-ħamsa ta’ wara nofs in-nhar.
COME ON YELLOWS
Lejla Suċċess
Il-Kumitati kollha involuti jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li attendew u
kienu viċin tat-tim fis-Serata Qormija li ttellgħet il-bieraħ b’ċelebrazzjoni tat-tlugħ
fil-Finali tat-Tazza U*Bet.
Serata Qormija
Intant bi preparazzjoni għall-logħba importanti tal-Ħadd, il-finali tal-FA Trophy,
il-Kumitat flimkien mas-Sapporters Klabb u ż-Żagħżagħ Bastjaniżi se jorganizzaw serata
varjata, b'diversi kantanti, fosthom Mike Spiteri. Se jkun hemm bars ta’ l-ikel u
x-xorb. Dan se jsir għada il-Ġimgħa fit-8.00 ta fil-għaxija, fejn it-Tribuna ta'
Pinto.
Ejjew ħa nieħdu gost flimkien filwaqt li niltaqgħu mal-plejers benjamini tagħna...
Il-Finali nhar il-Ħadd
Nhar il-Ħadd, 23 ta’ Mejju tintlagħab il-Finali tat-Tazza U*Bet bejn Valletta u Qormi.
Din tibda fil-ħamsa ta’ flgħaxija fil-Grawnd Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Il-Qriema irnexxielhom imorru tajjeb f’din il-finali storika, fejn għalkemm ma ħarġux
rebbieħa, ġabu riżultat rispettabli ta’ 2-1. Il-Beltin ħasdu lil tat-Tażmanja b’gowl
fit-tmien minuta minn Mifsud u b’gowl ieħor ta’ Scerri fil-wieħed u għoxrin. Il-Qriema
ppruvaw li setgħu tul il-bqija ta’ l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima Valletta ingħataw
penalti għal fawl fuq Priso, u dan ta’ l-aħħar inkariga ruħu minnu biex ħabatlu mal-mimduda
u fallih. Il-Qriema qamu fuq tagħhom u ftit wara ingħata fawl fil-kaxxa fuq Camilo,
u mill-ħdax-il metru, dan ta’ l-aħħar ma falliex. Is-sofor u suwed tħabtu u ssieltu
kemm felħu sabiex iġibu l-gowl tad-dro. Il-plejers kollha taw sehemhom sabiex dan
iseħħ, iżda ir-referi laħaq saffar it-tisfira finali.Valletta għalhekk rebħu dan
it-trofew, fatt li jagħti ċans lil Qriema jidħlu fl-Ewropa b’logħba deċiżiva nhar
it-Tlieta, l-1 ta’ Ġunju. Ħafna sapporters sellmu lil benjamini Qriema b’ċapċip fl-aħħar
tal-logħba,
Il-kumitat bi pjaċir iħabbar id-deċiżjoni li Stephen Azzopardi nħatar kowċ ta’ Qormi.
Stephen Azzopardi ingħata kuntratt ta’ sentejn, b’opzjoni għat-tielet sena. Azzopardi
se jmexxi t-tim tal-kbar u ukoll se jħares is-settur taż-żgħażagħ sabiex dan jipproduċi
iktar tfal Qriema fi plejers għall-futur. Azzopardi huwa kowċ prolifiku fejn s’issa
rebaħ Kampjonat Premjer, 4 FA Trophy u 6 Super Cups, fost oħrajn, mad-diversi klabbs
li kien magħhom tul il-karriera tiegħu bħala kowċ.
Fil-waqt li jilqa’ lil Stephen Azzopardi fi ħdanu, il-klabb jixtieq isellem, jawgura
kull suċċess ġejjieni, u jirringrazzja lill-kowċ ta’ qablu Vince Carbonaro tax-xogħol
li wettaq tul l-aħħar xhur.